Sempliċiment

Mhux ħaġa diffiċli biex tagħmel it-tajjeb, Mulej,

it-tajjeb jista’ jsir mill-qalb,

permezz tal-fidi tagħna

u b’idejna stess!

Li nagħmlu xi ħaġa tajba

hu l-frott naturali

tal-fidi tagħna

u mhux ħlief l-espressjoni

ta’ l-umanità tagħna.

Kollox jiddependi

minn kemm inħarsu lejn Kristu

li kien jaħdem u jitkellem

bl-għan ewlieni

li jagħmel il-ġid fid-dinja.

Kollox jiddependi

minn kemm nimxu ’l quddiem

fil-vanġelu tiegħu!

Kollox jiddependi

minn kemm nittrattaw liċ-ċkejknin

bl-istess mod li nittrattaw

xi ħadd imlaħħaq u mportanti.

Kollox jiddependi

minn kemm inqisu lilna nfusna

bħala sempliċi qaddejja.

Hawn aħna, Mulej, f’idejk,

biex nagħmlu t-tajjeb!