Comunione e Liberazione

Indirizz

9 Triq San Kristofru, Valletta

Website

www.clonline.org

E mail

[email protected]

Comunione e Liberzione huwa movement fil-Knisja Kattolika li għandu bħala għan l-edukazzjoni tal-membri tiegħu lejn maturità nisranija u l-kollaborazzjoni fil-missjoni tal-Knisja fl-isferi kollha tal-ħajja ta’ llum.

Il-moviment beda fl-Italja fl-1954 meta Don Luigi Giussani ta bidu għal preżenza Nisranija ta’ grupp ta’ żgħżagħ fi skola sekondarja ġewwa Milan. Dan il-grupp għall-ewwel kien magħruf bħala Gioventù Studentesca (Zaghzagh Studenti), fil-qosor GS, li mill-1969 beda jissejjaħ Comunione e Liberazione, kif għadu magħruf sa llum. Dan l-isem jiġbor fih il-konvinzjoni li l-avveniment Nisrani, li tgħixu f’għaqda, huwa l-bażi tal-ħelsien tassew tal-bniedem.

Illum Comunione e Liberazione jinsab f’xi sebgħin pajjiż madwar id-dinja, fosthom Malta. Ma hemm ebda forma ta’ tesserament. Kollox hu bażat fuq il-libertà ta’ min irid jieħu sehem fih. L-istrument ewlieni tal-formazzjoni tal-membri hija l-laqgħa ta’ katekeżi ta’ kull ġimgħa magħrufa bħala “Skola tal-Komunità”. Il-pubblikazzjoni uffiċċjali tal-Moviment, li joħroġ kull xahar, huwa Traces – Litterae Communionis. Il-wesite tal-moviment hija: http://www.clonline.org/.

F’Malta il-Moviment huwa organizzat f’livell ta’ studenti u dak tal-adulti. L-Iskola tal-Komunità issir filgħaxijiet kull nhar ta’ Tlieta għall-adulti u kull nhar ta’ Ġimgħa għall-istudenti.

Tistgħu tikkuntattjawna permezz ta’ Robert u Pauline Tufigno (79494212) jew Dun Gino Gauci.