• Ħamis ix-Xirka – Il-Quddiesa tal-Griżma

  • Għada l-Ħamis, 13 ta’ April 2017, fid-9:00 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Griżma, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  • Segwi ‘live’ fuq YouTube

  • Ħamis ix-Xirka – It-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej

  • Għada wkoll, il-Ħamis, 13 ta’ April, fis-6:30 p.m., fil-Konkatidral ta’ San Ġwann , ser issir iċ-ċelebrazzjoni tat-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej fejn l-Arċisqof Charles J. Scicluna jaħsel riġlejn għadd ta’ persuni.

  • Segwi ‘live’ fuq YouTube

  • Il-Ġimgħa l-Kbira – L-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni tal-Mulej

  • Nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ April 2017, fit-3:30 p.m., l-Arċisqof imexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann.

  • Segwi ‘live’ fuq YouTube

  • Sibt il-Għid – Il-Vġili tal-Għid

  • Is-Sibt, 15 ta’ April 2017, fit-8:00 p.mm, l-Arċisqof imexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Matul din iċ-ċelebrazzjoni l-Arċisqof se jgħammed żewġ trabi u ħames adulti.

  • Segwi ‘live’ fuq YouTube

  • Ħadd il-Għid

  • Il-Ħadd, 16 ta’ April 2017, fid-9:15 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

  • Segwi ‘live’ fuq YouTube

  • Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar iċ-ċelebrazzjonijiet li ser imexxi l-Arċisqof.