L-Evanġelju ta' Ħadd il-Għid: 16 ta' April

  • Ħadd il-Għid: Il-Qawmien ta' Ġesù mill-mewt - Solennità

    San Ġwann 20:1-9

    Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta' Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: "Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!" Pietru u d-dixxiplu  l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. 

    It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar. Tbaxxa, u ra l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx. Imbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex ta' l-għażel imqiegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f'post għalih. Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen.

    Sa dakinhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum  mill-imwiet.


    Qaddisin tal-jum: 
    Santa Engratia, Santa Bernardette Bernadette Soubirous (ta' Lourdes)