Isir il-pellegrinaġġ tradizzjonali ta' San Girgor

  • Dalgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa l-pellegrinaġġ tradizzjonali tal-festa ta' San Girgor fiż-Żejtun, li jsir l-ewwel Erbgħa ta' wara l-Għid.

    Il-pellegrinaġġ beda mill-kappella ta' San Klement, waqaf ftit fil-knisja parrokkjali u ntemm fil-kappella ta' San Girgor stess.
     
    Din it-tradizzjoni ilha ssir sa mis-selu 16, bħala ringrazzjament lill-Mulej talli ħeles lill-Maltin mill-marda tal-pesta.
  • Agħfas hawn biex tara aktar ritratti tal-pellegrinaġġ ta' San Girgor fiż-Żejtun.
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja