• San Ġwann 3:31-36

    Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha.

    Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità. Għax dak li bagħtu Alla jgħid il-kliem ta’ Alla, għax Alla ma jagħtix l-Ispirtu bil-kejl. Il-Missier iħobb lill-Iben, u ħalla kollox f’idejh.

    Min jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta’ dejjem; iżda min ma joqgħodx għall-Iben ma jarax il-ħajja, imma tibqa’ fuqu l-korla ta’ Alla.

    Qaddisin tal-jum: San Zita ta’ Lucca u San Liberale