• Il-Papa Franġiksu ħalla l-ajruport ta’ Ruma biex jibda t-18-il vjaġġ appostoliku tiegħu fl-Eġittu.

    L-ajruplan mistenni jasal il-Kajr fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar.  Waqt dan il-vjaġġ ta’ jumejn, il-Papa se jiltaqa’ mal-Patrijarka tal-Knisja Kopt-Ortodossa, Tawadros II, kif ukoll mal-Imam ta’ al-Azahar, Ahmed el-Tayeb.

    Matul iż-żjara pastorali, il-Papa se jiċċelebra quddiesa, jipparteċipa fil-Konferenza tal-Paċi, jiltaqa’ mal-membri tal-kleru, jħeġġeġ il-komunità żgħira ta’ Nsara fl-Eġittu biex ikomplu jkunu sodi fil-fidi tagħhom u anke jippromwovi d-djalogu bejn l-Iżlam u l-Kristjaneżmu.