Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Mejju 2017

  • It‑Tnejn l‑1 ta’ Mejju 2017, fl‑12:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa mat-tfal u ż-żgħażagħ miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal-Virtù.

    Is‑Sibt 6 ta’ Mejju, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jikkonsagra l‑artal u l‑Knisja tal‑Iklin.

    Il-Ħadd 7 ta’ Mejju, f’12:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-iskola Sant’Agata, ir-Rabat, maż-żgħażagħ u l-youth leaders li ser jattendu għall-konferenza ‘Plexus’.

    It‑Tnejn 8 ta’ Mejju, Festa tal‑Madonna ta’ Pompej, f’12:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jitlob s‑Supplika tal‑Madonna ta’ Pompej, fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti, il‑Belt Valletta. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ u fis‑7:00 p.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja tal‑Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk. Il‑Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq Radju Marija.

    Il‑Ġimgħa 19 ta’ Mejju, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑ministeru tal‑lettorat lil erba’ seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof.

    Is‑Sibt 20 ta’ Mejju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar, u fis‑6:30 p.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar u jiltaqa’ ma’ dawk preżenti, fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali fil‑parroċċa tan‑Naxxar.

    Il‑Ħadd 21 ta’ Mejju, fit‑8:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar u jiltaqa’ ma’ dawk preżenti, bħala parti mill‑Viżta Pastorali. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Fr Reuben Micallef, il‑Kappillan il‑ġdid ta’ Pembroke.

    L‑Erbgħa 24 ta’ Mejju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof fil‑Helen Keller Institute, il‑Qrendi.

    Is‑Sibt 27 ta’ Mejju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa ta’ lejlet il‑Festa ta’ Marija Annunzjata, f’Ħal Tarxien. 

    Il‑Ħadd 28 ta’ Mejju, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal‑Festa tal‑Madonna ta’ Fatima, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Gwardamanġa. Fis‑6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Fr Rene Vella, il‑Kappillan il‑ġdid tal‑Imtarfa.

    It‑Tnejn 29 ta’ Mejju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Kirkop, fl‑okkażjoni tal‑425 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Parroċċa.