• San Mattew 5:33-37 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari: “Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu”.

    Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir. U lanqas b’rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda.

    Mela ħa jkun id-diskors tagħkom: “Iva, iva; le, le”; kulma hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin”.

    Qaddis tal-jum: San Herve