• Il-Papa Franġisku ħatar lill-Professur Joachim von Braun bħala l-president il-ġdid tal-Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi.

    Il-Professur von Braun hu Professur fl-Ekonomija u l-Bidla Teknoloġika kif ukoll direttur taċ-Ċentru tar-Riċerka fl-Università ta’ Bonn, il-Ġermanja.

    L-għan tiegħu hu li l-Akkademja tfittex soluzzjonijiet għall-inugwaljanza u l-qerda tal-ambjent. 

    Il-Professur von Braun qal li r-rwol tal-Akkademja hu uniku fid-dinja tax-xjenza għaliex hi “akkademja globali” u mhi affiljata ma’ ebda pajjiż speċifiku.

    Saħaq li t-80 membru li jiffurmaw l-Akkademja Xjentifika tal-Papa, ġejjin minn pajjiżi u realitajiet reliġjużi differenti u ħafna minnhom rebħu premijiet Nobel għall-kontribuzzjoni tagħhom fix-xjenza.

    “Għalhekk,” kompla jgħid, “l-Akkademja saret istituzzjoni influwenti fil-qasam tax-xjenza.”

    Sors: Radju tal-Vatikan