• Some 8,500 asylum seekers rescued in the southern Mediterranean over the last two days arrived in Italian ports on Tuesday.

    F’jumejn, l-għadd ta’ migranti li ġew salvati mill-Mediterran u ddaħħlu f’portijiet Taljani għall-għajnuna, jlaħħaq it-8,500 persuna.

    Madwar 5,000 minnhom ġew salvati nhar it-Tnejn, ftit ‘il barra mix-xatt Libjan. Il-migranti kienu abbord 14-il dgħajsa, b’6 minnhom diġà daħlu f’portijiet Taljani. Il-kumplament mistennija jingħataw kenn f’portijiet ta’ Sqallija u Calabria.

    Sors: Ansa