• Il‑Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall‑ordinazzjoni ta’ sitt saċerdoti. L‑ordinazzjoni ta’ dawn iż‑żgħażagħ – wieħed mill‑Iklin, wieħed mill‑Gżira, wieħed minn Ħaż‑Żebbuġ, tnejn mill‑Ordni tal‑Patrijiet Minuri, u ieħor mill‑Ordni tal‑Predikaturi – ser issir nhar il‑Ġimgħa 30 ta’ Ġunju 2017, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑6:30 p.m.

    Is‑sitt djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

    • Sinclair Bugeja mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin.
    • Clive Camilleri tal‑Ordni tal‑Patrijiet Minuri,
    • Ramon Farrugia tal‑Ordni tal‑Patrijiet Minuri,
    • Ryan Lee Pace mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Gżira,
    • Mark Spiteri mill‑Parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġira, Ħaż‑Żebbuġ, u
    • Aaron Zahra tal‑Ordni tal‑Predikaturi

    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni u biex itlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati nhar il‑Ġimgħa.