Is-Segretarjat għas-Saċerdoti u Reliġjużi Maltin Barra mid-Djoċesi u l-Kummissjoni Emigranti jifirħu mill-qalb lill-E.T. Mons. Vincent Costa li nhar il-Ħadd, 7 ta’ Marzu se jagħti bidu għall-ministeru episkopali tiegħu fid-Djoċesi ta’ Jundiai.

Mons. Vincent Costa, imwieled B’Kara, għamel l-istudji filosofiċi fl-Universita’ ta’ Malta u dawk Teoloġiċi fil-Curitiba, Brasil.  Hu ġie ordnat saċerdot fis-17 ta’ Diċembru 1972 u wara għamel Kors tat-Teoloġija Biblika fil-Pontificio Colegio Pio Brasileiro, Ruma   Hu kien Isqof ta’ Umuarama, Brasil.

Is-segretarjat jistieden lill-ħbieb ta’ Mons. Costa jingħaqdu mad-Djoċesijiet ta’ Umuarama u Jundiai fit-talb biex il-Mulej ikun miegħu fit-tmexxija ta’ din id-Djoċesi.