• B’referenza għar-rapporti fil-media dwar ċirkulari tal-Vatikan mibgħuta lill-Isqfijiet, dwar il-ħobż u l-inbid għall-Ewkaristija, l-Uffiċċju Komunikazzoni jikkonferma li ma hemm l-ebda tibdil fl-ostji li jintużaw diġà minn persuni coeliac.

    L-istess ċirkulari tal-Kongregazzjoni tal-Qima Divina u d-Dixxiplina tas-Sagramenti tikkonferma n-normi maħruġa fl-2003, li huma osservati wkoll mill-postijiet awtorizzati li jbigħu l-ostji fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.

    Agħfas hawn biex taqra ċ-ċirkulari li ntbagħtet lill-isqfijiet dwar il-ħobż u l-inbid għall-Ewkaristija.