• L-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ħareġ dikjarazzjoni dwar l-akkużi ta’ tbagħbis mill-fondi tal-Fondazzjoni Bambino Gesù, li teżisti biex tgħin fit-tmexxija tal-isptar tat-tfal li jġib l-istess isem tagħha.

    L-istqarrija tgħid li l-eks president tal-fondazzjoni, Giuseppe Profiti, u l-eks teżorier, Massimo Spina, issejħu biex jidhru quddiem il-qorti u jwieġbu dwar l-€400,000 li sparixxew mill-Fondazzjoni.

    L-akkużi tressqu mill-Uffiċċju tal-Promozzjoni tal-Ġustizzja, il-prosekutur tal-Vatikan, wara tmiem ta’ investigazzjoni preliminari dwar l-abbużi mill-fondi tal-Fondazzjoni. L-ewwel seduta premilinari tas-smigħ ġiet skedata għal nhar it-Tlieta, 18 ta’ Lulju.