• Il-maratona Oħloq Tbissima għaddejja ġmielha, bis-somma miġbura sa nofsillejl tal-Ġimgħa laħqet il-€25,198.

    Il-maratona bdiet il-Ġimgħa f’nofsinhar u tibqa’ sejra bla waqfien sa għada, il-Ħadd 16 ta’  Lulju, f’nofsillejl.

    Din hi l-15-il edizzjoni tal-maratona fejn id-donazzjonijiet miġbura se jgħinu l-ħidma missjunarja tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).

    Il-ħidma missjunarja fdata f’idejn is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) ma tieqafx biss ma’ xtutna imma hi mifruxa wkoll fil-Perù, fil-Pakistan u anke l-Filippini

    Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jipparteċipa f’din il-maratona, billi jagħti d-donazzjoni tiegħu, kif ukoll billi jżur l-attivita’ u jsegwi minn fuq l-istazzjonijiet lokali.  Oħloq Tbissima qed tiġi mxandra fuq TVM2 b’kollegamenti ma’ TVM, ONE TV u NET TV.

    Matul il-lejl, il-maratona tibqa’ għaddejja b’mumenti ta’ talb u diskussjoni.

    Kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq:

    €10              51602004

    €15              51702007

    €25             51802009

    SMS €4.66 50618099

    Il-Maratona qed tiġi streamed live fuq il-website ta’ CAM Productions international:  www.camcpi.org

  • Ritratti: Oħloq Tbissima