• Waqt is-60 siegħa tal-maratona Oħloq Tbissima nġabret is-somma ta’ €186,361 b’risq is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).

    Hekk kif il-15-il edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima ġiet fi tmiemha, Fr. Louis Mallia rringrazzja lil voluntiera kollha li b’xi mod jew ieħor taw sehemhom, hekk kif enfasizza li l-kontribut ta’ kull min ta’ sehmu għandu valur kbir.  Fr. Louis fakkar li flimkien ma’ din is-somma hemm ukoll kontejner mimli affarijiet li fi ftit jiem oħra se jaqbad trieqtu lejn il-Perù.

    Is-sittin siegħa kienu mimlija attività.  Il-pubbliku pparteċipa f’quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati li wrew il-bżonnijiet kbar li hemm u kemm qed isir ġid b’din il-ħidma missjunarja.  

    Kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq:

    €10                  51602004

    €15                  51702007

    €25                  51802009

    SMS €4.66      50618099

    Pledge Line:  21 445544

    Jew donazzjoni online fuq:  www.ohloqtbissima.com

  • Ritratti: Oħloq Tbissima