• Fis‑sena akkademika li tibda f’Ottubru 2017, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fil‑Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni Nisranija. Fost is‑17‑il kors offruti mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar l‑istorja tal‑Knisja f’Malta, ir‑rispett lejn il‑ħajja umana, il‑Missirijiet tal‑Knisja, il‑ħajja tal‑familja, l‑Evanġelizzazzjoni, l‑Ekumeniżmu u bosta oħrajn.

    Il‑korsijiet offruti huma dawn:

    • Module on Liturgical Flower Ministry (NQF Livell 3)
    • The Human Experience of God in Prayer (NQF livell 4)
    • Course in Parish Ministry (NQF livell 5)
    • Module in Franciscan Spirituality (NQF livell 5)
    • Module on the Respect for Life Curriculum (NQF livell 5)
    • Module on the Ministry of the Liturgical Cantor (NQF livell 5)
    • Lectio Patrum (NQF livell 5)
    • General Education Award in Evangelisation (NQF livell 4)
    • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Catholic Social Teaching (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Christian Leadership I (NQF livell 5)
    • Higher Education award in Ecumenism (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Family Ministry (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in History of the Church in Malta (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in the Liturgy (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Theology (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Parish Nursing (NQF livell 6)

    L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2007 bl‑iskop li joffri formazzjoni lill‑Insara għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà kontemporanja. Il‑korsijiet huma akkreditati mill‑Malta Qualifications Council u jwasslu għal General Education Award jew Higher Education Award.

    Il‑prospectus għas‑sena akkademika 2017–2018 jista’ jitniżżel mis‑sit www.maltapfi.org/courses. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq [email protected].