• In-nixfa kbira li qed tolqot bħalissa lil Ruma u ż-żoni tal-madwar qed tħalli effett anke fuq il-Vatikan hekk kif ħa miżuri sabiex ma jaħlix ilma.

    Fil-fatt, ill-Vatikan iddeċieda li jitfi l-funtani kollha li għandu, kemm dawk it-tnejn li hemm fi Pjazza San Pietru, kif ukoll il-funtani li jinsabu fil-Ġonna tal-Vatikan.

    Din id-deċiżjoni ttieħdet anke fid-dawl tat-tagħlim tal-Papa Franġisku li hemm fl-Enċiklika Laudato Si.

    Il-meteorologi qed jgħidu li l-Italja kellha l-aktar rebbiegħa niexfa f’dawn l-aħħar 60 sena, bix-xita, f’ċertu żoni tal-pajjiż, kienet ta’ 80% inqas mill-medja. Fl-ewwel 6 xhur tas-sena, Ruma kellha biss 26 ġurnata bix-xita.

    In-nuqqas ta’ ilma qed iħalli diżastru fis-settur agrikolu, fejn id-danni diġà telgħu għal 2 biljun ewro.