• It-Taqsima tal-Iżvilupp Spiritwali fi ħdan is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, organizzat seminar bħala follow up ta’ dak ta’ Novembru li għadda, li kien dwar il-meditazzjoni fl-iskejjel, u anke sabiex tiċċelebra u taqsam prattiċi spiritwali fl-iskejjel (good spiritual practices). 

    Kienu madwar 70, l-edukaturi li pparteċipaw b’mod attiv fis-seminar. Fi kliem Fr Reuben gauci, li jieħu ħsieb il-ħidma pastorali fl-iskejjel tal-istat, l-interess qed jikber u dan bħala rispons għall-għatx spiritwali li t-tfal u anke membri tal-istaff, jesprimu ruħhom f’diversi modi matul is-sena.

    B’sodisfazzjon, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija nnota li bosta prattiċi spiritwali daħlu sew fl-attivitajiet ta’ għadd ta’ skejjel u dan ikompli jħeġġeġ lis-Segretarjat sabiex ikompli joħroġ b’aktar inizjattivi mal-edukaturi u l-iskejjel.

    Kull min hu interessat jitgħallem aktar dwar dawn il-prattiċi, jista’ jagħmel kuntatt mal-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.