Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Awwissu 2017

  • L-Erbgħa 2 ta’ Awwissu 2017, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pietru u San Pawl.

    Is‑Sibt 5 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni lejlet il-festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija.

    Il‑Ħadd 6 ta’ Awwissu, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija.

    Il-Ħamis 10 ta’ Awwissu, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Lawrenz, il-Birgu.

    Is‑Sibt 12 ta’ Awwissu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti
    il‑pussess lil Fr John Muscat, bħala l‑kappillan il‑ġdid tal-Parroċċa Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid.

    Il‑Ħadd 13 ta’ Awwissu, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Solenni fil-festa ta’ San Gejtanu, il-Hamrun.

    It-Tnejn 14 ta’ Awwissu, fis-6:00 p.m., lejlet il-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni u wara jiċċelebra Quddiesa bl-Ewwel Għasar, fil-Katidral
    tal-Imdina.

    It-Tlieta 15 ta’ Awwissu, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fil‑Knisja Arċipretali, il‑Mosta.

    Is-Sibt 19 ta’ Awwissu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni u jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema.

    Il-Ħadd 20 ta’ Awwissu, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Fis-7:00 p.m, Monsinjur Arċisqof jiġi akkumpanjat mill‑Kapitlu tal‑Kolleġjata Elenjana fir‑Repożizzjoni tar‑Relikwa ta’ Sant’Elena u wara jagħti l-Barka Sagramentali.

    It-Tlieta 22 ta’ Awwissu, fis-6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Bartilmew, f’Ħal Għargħur.