• Il-Kardinal Dionigi għadda għall-ħajja ta’ dejjem, is-Sibt 5 ta’ Awwissu, fl-età ta’ 83 sena u wara ġlieda twila mal-mard.

    Hu serva bħala Arċisqof ta’ Milan mill-2002 sal-2011.

    Twieled fil-belt ta’ Renate, fit-tramuntana tal-Italja, fl-14 ta’ Marzu 1934, u daħal is-Seminarju ta’ Venegono Inferiore u ġie ordnat saċerdot fl-Arċidjoċesi ta’ Milan fl-1957.

    Kiseb id-Dottorat fit-Teoloġija Sagra mill-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma. Fil-21 ta’ Frar 1998, il-Papa San Ġwanni Pawlu II laħħqu kardinal.

    Wara li serva bħala Arċisqof ta’ Ancona-Osimo u mbagħad ta’ Genova, fl-2002, il-missjoni pastorali tiegħu kompliet bħala Arċisqof ta’ Milan.

    Bil-mewt tal-Kardinal Tettamanzi, il-Kulleġġ tal-Kardinali issa hu magħmul minn 121 kardinal-eletturi u 102 kardinali mhux eletturi.

    Sors: Radju Vatikana