• Grupp ta’ abbatini Maltin u Għawdxin bħalissa qed ikomplu tradizzjoni li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 53 sena, hekk kif jinsabu fil-Vatikan biex jaqdu fil-liturġija tal-Bażilka San Pietru.

    B’sorpriża kbira, l-abbatini ltaqgħu mal-Papa Franġisku wara l-Anġelus tal-Ħadd, fejn sellmilhom wieħed wieħed, irringrazzjahom tas-servizz u ħa ritratt magħhom kollha.

    Flimkien mal-abbatini hemm Mons. Frans Bonnici, li hu d-Direttur tal-Għaqda Nazzjonali tal-Abbatini, Dun Mark Ellul u s-seminarista Matthew Bajada.

    Fuq Twitter, l-Arċisqof Charles Scicluna talab il-barka tal-Papa u wiegħdu t-talb tal-Maltin u l-Għawdxin.