• Il-preparamenti għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jiġi ċċelebrat fil-Panama f’Jannar 2019, mexjin ġmielhom, mhux biss fil-pajjiż organizzattiv biss, iżda anke f’Malta.

    Il-Malta Catholic Youth Network (MCYN), il-kummissjoni ġdida fi ħdan il-Knisja f’Malta li tagħti leħen liż-żgħażagħ, bdiet tħejji wkoll għal dan l-avveniment.

    Bħalissa, l-MCYN qed tfittex kantanti lokali sabiex jinterpretaw bil-Malti l-kanzunetta tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2019 kif ukoll biex permezz tat-talent tagħhom, jgħinu wkoll fl-arranġamenti tal-kliem u mużika.

    Il-kanzunetta uffiċċjali tal-JDŻ inkitbet bil-Portugiż minn Abdiel Jimenez u t-tema ddur mal-pellegrini u ma’ Marija, li hi l-qaddej tal-Mulej u mudell ta’ din l-istil ta’ ħajja. Il-kanzunetta nqalbet għall-Malti minn Maria Zammit.

    L-audutions se jsiru fix-xhur li ġejjin. Kull min hu interessat jista’ jikkuntattja lill-MCYN billi jibgħat imejl fuq [email protected] jew jidħol fil-paġna fuq Facebook tal-MCYN.