Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Settembru 2017

  • Is‑Sibt 2 ta’ Settembru 2017, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tax‑xahar tal‑Ħolqien (Season of Creation) fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ħadd 3 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti
    il‑pussess lil Patri Paul Attard OFM, bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa Madonna tas‑Sacro Cuor, tas‑Sliema.

    L‑Erbgħa 6 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fin‑Novena tal‑festa ta’ Marija Bambina, fil‑Knisja Arċipretali, in‑Naxxar.

    Il‑Ħamis 7 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑Knisja Kolleġjata Arċipretali ta’ Marija Bambina, l‑Isla. Il‑Quddiesa ser tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ġimgħa 8 ta’ Settembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ħamis 14 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq il‑200 sena mit‑twaqqif tal‑Provinċja Agostinjana f’Malta, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
    Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Is‑Sibt 16 ta’ Settembru, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali
    tal‑Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk, u matulha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċa.

    Il‑Ħadd 17 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk, fl‑okkażjoni tal‑50 sena mill‑konsagrazzjoni tal‑Knisja.

    Il‑Ħamis 21 ta’ Settembru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl‑okkażjoni ta’ Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Is‑Sibt 23 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti
    il‑pussess lil Dun Blake Camilleri, bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa Marija Immakulata, l‑Ibraġ.