• In-Nunzju Appostoliku l-ġdid għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Alessandro D’Errico, ippreżenta kopja tal-kredenzjali tiegħu lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onorevoli Carmelo Abela, waqt laqgħa kordjali f’Palazzo Parisio, il-Belt Valletta. Waqt il-preżentazzjoni huma ddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u s-Santa Sede, u temi oħra ta’ interess komuni.

    Mons. D’Errico twieled f’Frattamaggiore f’Napli l‑Italja, fit‑18 ta’ Novembru 1950 u ġie ordnat saċerdot fl-1974. Fl-1998 inħatar Arċisqof Titulari ta’ Carini.

    Qabel inħatar Nunzju Appostoliku għal Malta, Mons. D’Errico serva bħala Nunzju Appostoliku fil-Pakistan, il‑Bożnija‑Ħerzegovina, il‑Montenegro u l‑Kroazja.

  • Ritratti: John Pisani – MFTP