• Waqt in-Notte Bianca ta’ din is-sena, il-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta, fetaħ il-bibien tiegħu għall-viżitaturi, fejn setgħu jżuru diversi kmamar u żoni tal-Palazz.

    Fost l-attrazzjonijiet prinċipali kien hemm ċ-ċisterni u l-għerien ta’ taħt il-Palazz, li fihom nixxiegħa ta’ ilma ġieri li ilu jgħaddej sa minn qabel ma nbniet il-Belt Valletta, u kif ukoll il-kmamar kollha tal-piano nobile, fejn hemm kollezzjonijiet ta’ pitturi, skulturi u arti dekorattiva.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja