• Il-Ħamis, 12 ta’ Ottubru 2017, in-Nunzju Appostoliku għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Alessandro D’Errico, ippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta. Waqt iċ-ċerimonja huma ddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali.

    L-Arċisqof Alessandro D’Errico twieled f’Frattamaggiore f’Napli l‑Italja, fit‑18 ta’ Novembru 1950 u ġie ordnat saċerdot fl-1974. Fl-1998 inħatar Arċisqof Titulari ta’ Carini.

    Qabel inħatar Nunzju Appostoliku għal Malta, Mons. D’Errico serva bħala Nunzju Appostoliku fil-Pakistan, il‑Bożnija‑Ħerzegovina, il‑Montenegro u l‑Kroazja.

    L-Arċisqof D’Errico huwa wkoll in-Nunzju Appostoliku għal-Libja.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja