• Għal darb’oħra, il-Fondazzjoni Internazzjonali Pontifiċja tal-Karità, Aid to Church in Need (ACN), qed tistieden lit-tfal Maltin u Għawdxin sabiex nhar l-Erbgħa li ġej, 18 ta’ Ottubru, fid-9:00 a.m., jingħaqdu ma’ tfal oħra fid-dinja biex flimkien jgħidu t-talba tar-Rużarju.

    Is-sena li għaddiet, tfal minn 69 pajjiż ipparteċipaw f’din l-inizjattiva, inkluż 9,000 tifel u tifla mill-Gżejjer Maltin.

    Din is-sena, il-Knisja qed tiċċelebra l-100 sena minn meta l-Verġni Marija, Omm ir-Rużarju Mqaddes, dehret lil Lucia, Lucia, Francisco and Giacinta ġewwa Fatima, u talbithom biex jitolbu r-Rużarju għall-għaqda u l-paċi fid-dinja. Għalhekk, l-Aid to Church in Need qed tħeġġeġ lit-tfal sabiex jgħidu r-Rużarju għall-paċi.

    L-Aid to Church in Need qed titlob għall-għajnuna ta’ kulħadd – skejjel, ġenituri, nanniet, edukaturi, youth leaders u servizzi soċjali – sabiex il-kelma timxi fost it-tfal Maltin u Għawdxin.

    Kull tifel u tifla li se jipparteċipaw se jingħataw kuruna tar-rużarju b’xejn. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem huma mħeġġa jagħmlu kuntatt ma’ ACN (Malta) fuq 21487818 u jgħidu kemm se jkun hemm tfal li se jingħaqdu biex jgħidu r-Rużarju.