• Nikkundanna bl-iżjed mod qawwi l-qtil faħxi ta’ Daphne Caruana Galizia. It-telfa ta’ din il-ġurnalista kuraġġuża timliena bi swied il-qalb u bid-determinazzjoni li niddefendu d-demokrazija sal-aħħar.

    Dan mhux il-mument li noqogħdu nagħmlu gwerer bejnietna u nwaħħlu f’xulxin. Bħala poplu rridu nqumu, niddefendu d-dinjità ta’ kull wieħed, naqtgħu t-tgħajjir żejjed ta’ bejnietna u niddefendu l-valur kbir tad-demokrazija billi mill-kliem ngħaddu għall-fatti.

    Nitlob għal ruħ din il-vittma u għall-qraba tagħha. Nuri solidarjetà mal-ġurnalisti kollha u nħeġġiġhom jiddefendu l-verità, ma jibżgħu minn ħadd u jkunu qaddejja tal-poplu u tad-demokrazija.

    ✠ Charles J. Scicluna

        Arċisqof ta’ Malta

  • Ritratt: Ian Noel Pace