• ****

    Diretturi:          Charlie Bean, Paul Fisher u Bob Logan

    Atturi u Ilħna:  Dave Franco, Justin Theroux, Fred Armisen, Abbi Jacobson, Olivia Munn, Kumail Nanjiani, Michael Pena, Zach Woods u Jackie Chan

    Ħin tal-Film:    101 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       PG             

    Tifel żgħir jidħol f’ħanut ta’ regettier fejn hemm jiltaqa’ma’ Mr. Liu, il-propretarju misterjuż, li jirrakkonta lit-tifel il-leġġenda ta’ Ninjago. Ninjago hi belt li spiss kienet tkun attakkata minn Lord Garmadon, ir-raġel ta’ Koko u missier Lloyd. Iċ-ċittadini tal-belt jiddisprezzaw lil Lloyd minħabba missieru u din kienet qiegħda jkollha effett ħażin fuq is-saħħa mentali tat-tifel.

    Li ma kienux jafu, la Garmadon u anqas sħabu tal-iskola, li Lloyd kien jagħmel parti minn grupp ta’ ġellieda ninja sigrieta. Ma’ Lloyd insibu lil Nya, Zane, Jay, Cole, Kai, kollha mħarrġin minn Master Wu. Dawn il-ġellieda minn dejjem għamlu ħilithom biex iwaqqfu lil Garmadon milli  jieħu f’idejħ il-belt.

    Waqt li Lloyd ikun qiegħed jiċċelebra għeluq sninu, Garmadon jattakka l-belt iżda għal darb’oħra  jiġi megħlub. Garmadon jaħrab fil-waqt li jkeċċi numru ta’ ġenerali għax ma għenuhx biex jieħu l-belt. Iżda ma jaqtgħax qalbu. Għalhekk jibda jippjana attakk aktar qawwi biex jieħu Ninjego f’idejh. Għal dan il-għan jibni mekk ġigantesk li jkun immuni għal kull forma ta’ arma. Sadanittant, Lloyd u sħabu jieħdu pjaċir bir-ritorn ta’ Master Wu wara vjaġġ twil. Master Wu jgħarrafhom li jekk jużaw biss magni, ma jkunux veru ninjas.

    Ma’ Lloyd, Wu jiddiskuti li hu kien l-element aħdar fil-grupp u li ma kellux ikun mgħaddab għal Garmadon;  għandu biss juża rasu biex jiġġieled. Wu anke jsemmi l-Arma Bażika u jagħtih ħjiel ta’ kif jista’ fanalment jegħleb lil Garmadon. Wu jwiddbu wkoll li qatt ma għandu juża din l-Arma Bażika.

    L-għada, Garmadon jattakkka l-belt permezz  ta’ mekk ġgantesk u din id-darba, jirnexxielu jegħleb lil Lloyd u sħabu. Hekk kif Garmadon jieħu pussess tal-belt, Lloyd jirritorna lejn il-belt bl-Arma Bażika li meta jisparaha, il-lejżer jiġbed lejn il-belt qattusa bl-isem ta’ Meowthra li tibda tfarrak il-belt hekk kif tkun qegħda tipprova taqbad il-lejżer.

    X’jiġri minn hawn? Film animat-komputerizzat, taħt id-direzzjoni ta’ Charlie Bean, Paul Fisher u Bob Logan. Minħabba li l-film fih qagħdiet perikolużi, ikun tajjeb li t-tfal ikunu akkumpanjati minn xi adult.