• Fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tal-martirju ta’ San Pawl, il-Kapitlu Metropolitan se jippreżenta l-Oratorju PAWLU TA’ MALTA, versi tal-Professur Oliver Friggieri, b’mużika tal-Professur Charles Camilleri.

    L-Oratorju se jsir fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, nhar il-Ġimgha 10 ta’ Novembru fit-8pm u se jkun taħt il-patroċinju tal-Arcisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona. Se jkun esegwiet mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni ta’ Dr Michelle Castelletti, bis-sehem tas-solisti Brian Cefai, Rosabelle Bianchi u Alfred Camilleri. Se jiehdu wkoll sehem l-Amadeus Chamber Choir u St Julian’s Choral Group, b’narrazzjoni ta’ Manuel Cauchi.

    Dħul b’xejn u l-biljetti jinkisbu mill-Katidral tal-Imdina jew mir-reception tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.