• Il-Papa Franġisku ddeċieda li mill-2018 se jwaqqaf il-bejgħ tas-sigaretti lill-impjegati tal-Vatikan.

    Ir-raġuni hija sempliċi ħafna: Is-Santa Sede ma tistax tikkontribwixxi għal attività li ċertament tagħmel  ħsara lis-saħħa tan-nies. Skond l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, it-tipjip jikkawża l-mewt ta’ aktar minn seba’ miljun persuna fis-sena.

    Għalkemm is-sigarretti li jinbiegħu lill-impjegati u l-pensjonati fil-Vatikan jinbiegħu bi prezz imraħħas u għas-Santa Sede huma sors ta’ dħul finanzjarju, l-ebda profitt mhu leġittimu jekk ipoġġi l-ħajjiet f’riskju.