• F’dawn l-aħħar jiem, f’xi knejjes u kunventi ta’ Malta, saru żjarat minn tlitt irġiel li ppreżentaw ruħhom bħala abbati Benedittin, isqof u kjeriku.

    L-isqof jintroduċi ruħu bħala persuna minn Bormla. Dawn il-persuni jistaqsu biex jitolbu mal-komunità u biex iqaddsu wkoll. Lis-superjuri jkellmuhom ukoll dwar proġetti li għandhom f’moħħhom u dwar flus, bit-tama li jaslu biex jieħdu xi donazzjoni.

    Dawn il-persuni mhumiex ordnati validament u għalhekk m’għandhomx jitħallew jiċċelebraw is-Sagramenti. Lanqas għandhom jiddaħħlu f’partijiet tal-kunventi u l-monasteri tagħna, jekk wieħed ma jkunx jaf sew min huma. F’każ ta’ diffikultà tistgħu ċċemplu lill-Kurja tal-Arċisqof fuq 21245350.