Nhar il-Ħadd , 7 ta’ Marzu, 2010, l-attivitajiet taż-żgħażagħ bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa komplew fil-parroċċa tal-Iklin. L-attivita’ bdiet b’mixja simbolika bis-Salib u l-Ikona replika ta’ dawk li jintuzaw fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ u kompliet b’Quddiesa animata miż-żgħażagħ.

Iżżgħażagħ prezenti qalu li “l-miġja tal-Papa għandha tkun waħda li terġa twasslilna l-aħbar it-tajba għaż-żminjiet tal-lum indirizzata lil dawk kollha li verament qegħdin ifittxu b’impenn li jkunu membri sħaħ fil-Knisja Kattolika”.

Fi tmiem il-Quddiesa, il-Kappillan Mons. Karm Aquilina irringrazzja liż-żgħażagħ li jagħtu sehemhom fil-parroċċa u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ żgħażagħ oħra.

Intant, nhar il-Ħadd, 14 ta’ Marzu is-Salib u l-Ikona ser jaslu fil-Knisja ta’ San Nikola ta Tolentina Ħal Tarxien fejn ser issir Quddiesa animata miż-żgħażagħ fl-10.00a.m.