Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar l-istudios tal-PBS fi G’Mangia fejn iltaqa mac-Chairman, mal-bord tad-diretturi, mal-management u l-istaff tal-istazzjon nazzjonali tar-radju u t-telvizjoni. Matul iż-żjara l-Arċisqof iddawwar mal-bini fejn iltaqa’ mal-ħaddiema ndividwalment. L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa f’wieħed mill-istudios. Fil-messaġġ tiegħu huwa tkellem dwar l-irwol importanti tal-media u r-responsabilita’ li għandhom dawk li jaħdmu f’dan il-qasam minħabba l-impatt li l-media kapaċi tħalli fuq is-soċjeta’.

L-Arċisqof tkellem ukoll dwar iż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI u appella sabiex il-ġurnalisti jiffokaw mhux biss fuq l-avvenimenti ppjanati għal din iż-żjara, iżda wkoll fuq il-messaġġ wara din iż-żjara mportanti.

L-Arċisqof ġie ntervistat ukoll minn Lilian Maistre fuq il-programm tar-radju “Familji Waħda”.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.