• L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Martin Cardona bħala Kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Leonardu, Ħal Kirkop.

      Dun Martin Cardona twieled Ħal Qormi fit-13 ta’ April 1961, u rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl‑iskola ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, u fil-Kulleġġ St Elias, Santa Venera. Studja fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju 1993.

      Dun Martin serva bħala viċi kappillan fil-parroċċi ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, u ta’ Ħal Kirkop. Kien ukoll surmast tas-Seminarju Minuri, Tal-Virtù. Fl-1998 inħatar kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan u fl‑2003 kappillan u mbagħad arċipriet tal‑Parroċċa tal-Gudja.

      Il‑Parroċċa ta’ Ħal Kirkop tiġbor fiha madwar 2,200 persuna f’780 familja.