• San Luqa 1:46-55 

    F’dak iż-żmien, qalet Marija:

    “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,

    għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.

    Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;

    qaddis hu l-isem tiegħu.

    Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.

    Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.

    Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin.

    Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn.

    Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu, bħalma wiegħed lil missirijietna, b’riżq Abraham u nislu għal dejjem”.