• San Ġwann 20:2-8 

    Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh”.

    Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru, u laħaq qablu ħdejn il-qabar. Tbaxxa, u ra l-faxex tal-għażel mixħutin hemm, iżda ma daħalx. Imbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex tal-għażel mixħutin, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mgeżwer u mixħut għalih. Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen.

    Qaddis tal-jum: San Ġwann, Appostlu