MKSU

Website

http://www.mksu.org/

E-mail

[email protected]

Il-Moviment Kattoliku Studenti Universitarji (MKSU) twaqqaf bħala Lega Universitaria Cattolica Maltese fil-5 ta’ April 1929 minn Patri Danjel Callus O.P., li kien professur ta’ l-Iskrittura fl-Università bil-għan li tagħti xhieda nisranija fl-Università u tħabrek għall-formazzjoni sħiħa ta’ l-istudenti. Matul is-snin ta’ wara, għalkemm saru ħafna tibdiliet fl-istruttura u anki fl-isem, il-ħidma tal-Moviment baqgħet dejjem għaddejja. Illum, permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet matul is-sena, l-Moviment iġib ’il quddiem il-valuri nsara fuq il-kampus ta’ l-Università u jieħu inizjattivi fl-impenn soċjali. Fuq livell internazzjonali, l- MKSU hu membru sħiħ u attiv fil-Koordinazzjoni Ewropeja tal-Moviment Kattoliċi ta’ l-istudenti JECIMIEC.

Indirizz MKSU

MKSU, Dar ta’ l-Istudent,

Universita ta’ Malta,

Tal-Qroqq, Msida, MSD 2080