X'inhu 'dixxerniment' u xi jfisser?

  • Il-Fraternità Sekulari Charles de Foucauld flimkien mal-Istitut ta' Formazzjoni Pastorali qed jistiedenu lill-pubbliku għal żewġ laqgħat fejn flimkien se jiskopru xi tfisser il-kelma ‘dixxerniment’ u kif wieħed jista' juża din l-għodda biex jasal li jagħmel għażliet u deciżjonijiet skont ir-rieda ta’ Alla - kemm fuq livell personali kif ukoll fi grupp – imdawwal mill-Vanġelu.

    Waqt il-laqgħat, li se jsiru fit-12 u d-19 ta' Jannar li ġej, immexxija minn Edward Warrington, se ssir riflessjoni fuq l-attitudnijiet li jgħinuna nersqu għal dan il-proċess: kif ninfetħu għall-Ispirtu ta’ Alla u għall-grazzja tiegħu; kemm hi tassew pożittiva u mimlija fiducja l-immaġni li għandna ta’ Alla; kif nagħrfu l-ispirtu t-tajjeb mill-ispirtu ħażin; kif inġibu ruħna meta nsibuna fid-dlam; kif inżommu ħarsitna fuq il-Mulej Ġesù.

    Il-laqgħat se jsiru fl-Istitut Kattoliku bejn is-6pm u t-8pm. Min jixtieq japplika jikkuntattja lil pfimalta@gmail.com sal-Ħamis 11 ta' Jannar 2018. Il-ħlas hu ta' €5.