Mixja Neokatekumenali

X'inhi l-Mixja NeoKatekumenali?

Il-Knisja tidentifika l-Mixja NeoKatekumenali hekk

1. In-natura tal-Mixja Neokatekumenali hi definita mill-Q.T. Ġwanni Pawlu II meta jikteb: “Nagħraf il-Mixja Neokatekumenali bħala itinerarju ta’ formazzjoni kattolika, li jiswa għas-soċjetà u għaż-żminijiet ta’ llum.”

2. Il-Mixja Neokatekumenali qiegħda għas-servizz ta’ l-Isqfijiet bħala mod kif tista’ titwettaq fid-djoċesi d-daħla fil-fidi nisranija u l-edukazzjoni permanenti fil-fidi, skond dak li juru kemm il-Konċilju Vatikan II kif ukoll il-Maġisteru tal-Knisja.

3. Il-Mixja Neokatekumenali hi magħmula minn ġabra ta’ ġid spiritwali:

i. in-”Neokatekumenat”, jew Katekumenat ta’ wara l-magħmudija;

ii. l-edukazzjoni permanenti fil-fidi;

iii. il-katekumenat għall-magħmudija;

iv. is-servizz tal-katekeżi.

(Meħud mill-Istatut, Artiklu 1)

Għal aktar informazzjoni fittex

http://www.camminoneocatecumenale.it/

http://www.camminoneocatecumenale.it/en/statuti1.asp

F’Malta u Għawdex

Bi stedina ta’ l-E.T. Arċisqof Mikiel Gonzi equipe ta’ katekisti ġew hawn Malta f’Ottubru 1973. Ir-responsabbli ta’ dan l-equipe kienu Ewsebju Astiaso u Ġuljetta Cascino li għadhom janimaw sallum il-Mixja Neokatekumenali hawn Malta. Illum il-Mixja Neokatekumenali tinsab imferrxa f’għadd ta’ parroċċi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Il-Mixja Katekumenali tinsab fil-parroċċi ta’

  • Il-Balluta
  • Ħal Balzan
  • Il-Belt (San Duminku)
  • Birkirkara (Sant'Elena)
  • Il-Fgura
  • Il-Furjana
  • Gwardamanġa
  • Ħal Għaxaq
  • Il-Ħamrun (Kunċizzjoni)
  • Il-Ħamrun (San Gejtanu)
  • Ħal Luqa
  • Il-Marsa (M’Reġina)
  • Marsaxlokk
  • Il-Mosta
  • L-Imsida
  • Il-Qawra
  • Ħal Qormi (San Bastjan)
  • Ir-Raħal Ġdid (Kristu Rè)
  • San Ġwann
  • San Pawl il-Baħar
  • Santa Venera
  • Ħaż-Żabbar
  • Iż-Żejtun
  • Iż-Żurrieq

Responsabbli f’Malta

  • Ewsebju Astiaso u Ġuljetta Cascino
  • Don Maurizio Martini
  • Pietro Di Bartolomeo

Indirizz

c/o “Carisma”,

87 Triq San Anard,

Ħal Tarxien TXN 9014

Telefon

2167 2792

Website

www.camminoneocatecumenale.it

Email

linorita@gmail.com