Laqgħat dwar il-ftehim kollettiv għall-edukaturi fl-iskejjel tal-Knisja

  • Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u l-Malta Union of Teachers (MUT) qed jiltaqgħu regolarment sabiex jaġġornaw il-ftehim kollettiv tal-iskejjel tal-Knisja.

    Żidiet u allowances imħabbra fil-ftehim settorjali bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teachers tal-21 ta’ Diċembru 2017, se jingħataw lill-edukaturi kollha li jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja u fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, la darba jiġi ffirmat il-ftehim u tingħata l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

    Iż-żidiet u l-allowances jgħoddu minn Jannar 2018.