Dħul fl-iskejjel tal-Knisja għal 'Applikanti Oħra'

  • Il‑Bord tad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja qed jilqa’ applikazzjonijiet tard skont il‑Kriterju ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja fl‑ewwel sena kindergarten, it‑tieni sena kindergarten, l‑ewwel sena primarja u l‑ewwel sena sekondarja, għas‑sena skolastika 2018‑2019.  Wieħed jista’ japplika onlajn fuq www.knisja.org/applications sa nhar il‑Ħamis, 28 ta’ Frar 2018, jew imur il‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana jew fl‑iskola St Michael, Santa Venera, nhar il‑Ħamis, 28 ta’ Frar 2018, bejn id‑9:00 a.m. u s‑1:00 p.m.

    Wara li ġew milqugħa l‑applikazzjonijiet tal‑Ewwel Kriterju u tal‑Każijiet Serji tal‑Ewwel Kriterju, in‑numru ta’ postijiet vakanti għall‑‘Applikanti l‑Oħra’ huwa ta’ 800 minn total ta’ 1,529 post. Il‑postijiet vakanti għall‑‘Applikanti l‑Oħra’ huma maqsumin hekk:


    Postijiet Vakanti għal kull livell (bniet u subien)

    Livell ta’ Dħul

    Postijiet

    L‑ewwel sena sekondarja subien

    105

    L‑ewwel sena sekondarja bniet

    11

    L‑ewwel sena primarja subien

    207

    L‑ewwel sena primarja bniet

    104

    It‑tieni sena kindergarten subien

    51

    It‑tieni sena kindergarten bniet

    254

    L‑ewwel sena kindergarten subien

    33

    L‑ewwel sena kindergarten bniet

    35

    Total

    800


    It‑total ta’ 800 jinkludi wkoll il‑postijiet vakanti fl‑ewwel sena primarja fl‑iskejjel ta’ St Francis, Birkirkara, Bormla u Msida, li huwa ta’ 44 post għas‑subien u 7 postijiet għall‑bniet.

    Għad iridu jiġu aċċettati xi każijiet serji skont it‑Tielet Kriterju. Fost l‑applikanti oħra jista’ ikun hemm aħwa li qed japplikaw għall‑istess sena, tewmin, jew għal snin tad‑dħul differenti (ara r‑Regolamenti par. 3.1). Meta wieħed minn dawn l‑aħwa jirreġistra fi skola, iż‑żgħir jikkwalifika skont il‑Kriterju tal‑Aħwa. Dan ifisser li n‑numru ta’ postijiet vakanti jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l‑aħwa. Aktar informazzjoni tingħata qabel ma jsiru l‑poloz f’Marzu u f’April 2018. Aktar dettalji jinsabu fuq il‑websajt tal‑Knisja f’Malta www.thechurchinmalta.org.