L-isbaħ xewqat u talb għall-Arċisqof Scicluna

  • Nirringrazzjaw lil Alla li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna issa jinsab tajjeb, wara li kellu jidħol l‑isptar f’Santiago biex isirlu intervent waqt il‑missjoni fiċ‑Ċilì li l‑Papa Franġisku fdalu f'idejh.

    Nuru s‑solidarjetà sħiħa tal‑Knisja f'Malta u Għawdex mal‑Arċisqof Scicluna. Inħeġġu lil kulħadd biex inkomplu nitolbu għalih ħalli jagħmel konvalexxenza tajba u jkompli jaqdi lil Kristu u lill‑Knisja b'dedikazzjoni sħiħa.


     Mario Grech                                                                               Pawlu Cremona

        Isqof ta’ Għawdex                                                                          Arċisqof Emeritu ta’ Malta


        Joe Galea Curmi

        Vigarju Ġenerali

        Arċidjoċesi ta’ Malta