• *****

    Direzzjoni:       Robar Uthaug

    Atturi:              Alicia Vikander, Dominic West, Walton Goggins, Daniel Wu, Kristin Scott Thomas, Hannah John-Kamen u Emily Carey

    Ħin tal-Film:    118 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A                 

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       12                   

    Wara li missier Lara Croft, Richard kien sparixxa u ħadd ma kien jaf sar minnu, Lara kienet bdiet tgħix ħajja laxka  u mtajjra. Meta ġiet arrestata wara inċident li kellha ma’ karozza tal-pulizija, l-imsieħba fin-negozju ta’ Richard, Anna Miller tħallas il-pleġġ biex Lara tinħeles mill-arrest. Anna twiddeb lil Lara li jekk ma tikklejmjax il-wirt li ħalla missierha, l-estejt jinbiegħ. Lara taċċetta kontra qalbha u hekk isib ruħha bil-pussess taċ-ċavetta tal-uffiċċju ta’ missierha. Lara hemm issib messaġġ rekordjat minn qabel minn missierha li fih jagħti d-detalji tar-riċerka li kien għamel fuq Himiko, ir-reġina mitika ta’ Yamatai fejn kienu jgħidu li kellha l-qawwa fuq il-ħajja u l-mewt.

    Richard iwissi lil Lara biex teqred ir-riċerka li kien għamel iżda hi tiddeċiedi li tinvestiga aktar. Lara tmur Hong Kong fejn hemm ixxaħħam lil Lu Ren, kaptan tal-vapur Endurance biex isalpa lejn il-gżira fejn kien maħsub li darba Yumatai kienet tgħammar. Sfortunatament, il-vapur jinqaleb ta’ taħt fuq waqt tempesta qalila. B’xorti tajba, għalkemm mitlufa minn sensiha, Lara tiġi imkaxkra fuq xtajta. Matthias Vogel, il-mexxej ta’ espedizzjoni, jgħinha biex tiġi f’sensiha.

    Vogel kien fuq espedizzjoni biex isib il-qabar ta’ Himiko, espedizzjoni li kienet ġiet finanzjata minn organizazzjoni Trinity f’attentat biex tikkontrolla u tieħu vantaġġ fuq is-setgħa ta’ Himiko. Lara tispiċċa priġuniera ta’ Vogel li jirrevellalha li kien hu li qatel lil missierha u li kien bi ħsiebu juża r-riċerka ta’ missierha billi jkompli fl-espedizzjoni li kien beda. Lara iżda taħrab bis-saħħa ta’ Lu Ren li kien salva u li kien qiegħed jaħdem ma’ sajjieda lokali jħaffru l-qabar ta’ Himiko. Lara għalkemm irrnexielha ma tinqabadx, iżda ġiet feruta serjament. Wara li ġiet f’tagħha, hekk kif kienet sejra terġa tinqabad, toqtol għassa ta’ Trinity. Kif bdiet idur mal-gżira, tiskopri lil missierha li wara kollox kien għadu ħaj u kien għamel xi żmien pruġunier fuq Yamatai.  Richard dewwa lil Lara li kienet determinata li tirkupra r-riċerka mill-kamp ta’ Vogel għalkemm missierha ma kienx favur li tagħmel dan. X’jiġri minn hawn?         

    Fim Amerikan, mimli azzjoni u avventura interessanti, taħt id-direzzjoni ta’ Roar Uthaug u kitba ta’ Geneva Robertson-Dwoet u Alastair Siddons. Minħabba tema ta’ okkult, vjolenza kif ukoll xi kliem goff ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.