• Bejn is-Sibt, 5 u t-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2018, l-Arcisqof Charles J. Scicluna żar il-Parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi.

    F’diversi okkażjonijiet waqt il-Viżta Pastorali l-Arcisqof iltaqa’ man-nies tal-lokal, inkluż fil-post tax-xogħol tagħhom u fil-każin tal-banda. L-Arċisqof iltaqa’ wkoll mal-istudenti u l-edukaturi tal-Iskola Primarja tal-Kulleġġ San Benedittu, u kellu laqgħat ta’ djalogu mal-Kunsill Lokali, mat-tfal, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ, u mal-katekisti u l-operaturi pastorali tal-parroċċa.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja – Ian Noel Pace