• Pentekoste huwa sinjal li fih nagħrfu l-bidla milll-kotra għall-għaqda. Għalhekk, bħalma jsir kull sena fi żmien Pentekoste, il-Knejjes Insara differenti ser jingħaqdu flimkien għal talb ekumeniku, bit-tema ta’ din is-sena tkun “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi” (Lq 4:18).

    Is-servizz ekumeniku ser isir għada l-Ħamis, 24 ta’ Mejju, fis-6:30pm, fil-knisja tat-Trinità Mqaddsa, fi Triq Rudolfo, Tas-Sliema. Din iċ-ċelebrazzjoni ser tkun ippreseduta mir-Reverendu Ed Hanson. Il-ħsieb tal-okkażjoni ser jingħata mir-Rev. Dr Stefan Attard.

    Dan is-servizz ekumeniku hu organizzat minn Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council) flimkien mal-Kummissjoni Djoċesana Ekumenika.

    Kulħadd huwa misteden jattendi.