• Il-Ħadd, fil-festa ta’ Corpus Christi, 18-il saċerdot attendew għal Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Katidral tal-Imdina, fejn fakkru għeluq il-25, il-50 u s-60 sena mill-ordinazzjoni tagħhom.
    Patri Rikkardu Attard OSA, Patri Damjan Cachia O Carm, Patri Lawrence Caruana SJ, Patri Noe Schiavone OSA, Dun Ġużepp Sultana minn Ħal Balzan (jinsab fid-Dar tal-Kleru) u Patri Hilary Tagliaferro OSA ġew ordnati saċerdoti fl-1958 u qed ifakkru s-60 anniversarju.
    Tliet saċerdoti, żewġ reliġjużi u djoċesan, Patri Bernard Mangion OFM Cap, Patri Joe Agius OP, u Dun Ġorġ Schembri minn Birkirkara, qed ifakkru l-50 sena. 
    Disa’ saċerdoti oħra qed ifakkru l-25 sena mill-ordinazzjoni tagħhom: Dun Michael Bugeja, Dun Albert Buhagiar, Dun Noel Camilleri D’Amato, Dun Martin Cardona, Patri Ray Gatt OP, Patri Martin Micallef OFM Cap, Fr Charles Said SDB u Mons. Hector Scerri u Patri Joseph Vassallo OP.