Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Lifeline

  • Aħna l‑Isqfijiet segwejna l‑ħidma diplomatika li wettaq b'suċċess il‑Gvern Malti fil‑jiem li għaddew biex tinstab soluzzjoni għall‑234 immigrant li jinsabu fuq il‑vapur Lifeline.

    Napprezzaw id‑deċiżjoni tal‑Gvern li jagħti permess lil dan il‑vapur biex jidħol f'Malta. Nifhmu li din ma kinitx ħidma ħafifa imma kien essenzjali li jsir dak kollu meħtieġ biex niggarantixxu li kull ħajja tiġi salvata. Minkejja ċ‑ċokon tagħna għal darba oħra pajjiżna għamel ġest kbir li nittamaw li pajjiżi wisq akbar minna jimitaw.

    Nesprimu l‑gratitudni tagħna lejn dawk kollha li qed jieħdu sehem f'din l‑operazzjoni umana, partikolarment il‑membri tal‑Forzi Armati Maltin.


    ✠ Charles J. Scicluna                                                       ✠ Mario Grech
         Arċisqof ta’ Malta                                                            Isqof ta’ Għawdex


    ✠ Joseph Galea-Curmi
         Isqof Awżiljaru-elett ta' Malta